177 ġenitur addizzjonali jakkumpanja l-wild għal kura barra

177 ġenitur fl-aħħar sena gawdew mill-miżura tal-Gvern li permezz tagħha l-Gvern beda jħallas il-passaġġ tal-ajru għat-tieni ġenitur li jakkumpanja lill-wild tiegħu għall-kura barra l-pajjiż.
Dan fisser investiment addizzjonali mill-Gvern ta’ €68,500.
Il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi ta l-informazzjoni fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Laburista Anthony Agius Decelis.