Read in English.
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu fil-pajjiż total ta’ 173 persuna oħra pożittivi għall-coronavirus.
Fl-infografika maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa intqal li dawn instabu wara 3,380 swab test. Kien hemm total ta’ 135 persuna oħra li fiequ mill-virus. L-għadd ta’ persuni li mietu kawża tal-coronavirus f’Malta huma 103. B’hekk il-każi attivi fil-pajjiż bħalissa huma ta’ 2,133.
Il-każi rrappurtati llum għadhom qed jiġu investigati. Intant, mill-110 każi rrappurtati lbieraħ, hemm 56 każ li għadu mhux magħruf minn fejn ħadu l-virus. Intant, il-bqija ta’ każi kienu mqassmin hekk:
- 32 li huma qraba ta’ każi pożittivi
- 14 li huma kollegi ta’ każi pożittivi
- 6 li huma individwi li kellhom kuntatt dirett ma’ każi pożittivi
- 2 li ġew f’kuntatt ma’ persuni pożittivi waqt avvenimenti soċjali
