170 koppja jirrikorru għall-IVF f’sena

170 koppja użaw is-servizz tal-IVF f’Malta bejn Marzu 2013 u Marzu ta’ din is-sena. Minn dawn, 21 koppja barranija irrikorrew għal dan is-servizz fis-settur privat.
L-istatistika mir-rapport annwali tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni ppreżentat lis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne turi li 45 mara nqabdet tqila bl-IVF, bi tlieta minnhom kellhom tqala b’ tewmin.
Minn 142 talba għall-IVF ma kienux aċċettati erbgħa. Dan hekk kif tliet nisa qabżu l-età stipulata filwaqt li mara oħra kienet taħt l-età stipulata.
L-istess Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni approvat 38 applikazzjoni minn 52 talba minn kliniċi biex jiffertilizzaw tliet bajdiet.
Minn Lulju li għadda, meta l-kliniċi privati bdew joffru s-servizz li jiffriżaw kemm il-bajd kif ukoll l-isperma, 86 koppja użaw dawn is-servizzi.