​170 kawża ta’ libell pendenti

Qrati Maltin bħalissa qed jevalwaw 170 kawża ta’ libell.
Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Kważi disa’ minn kull għaxra qed jinstemgħu quddiem qorti tal-ewwel istanza: 143 quddiem Qorti tal-Maġistrati u ħamsa quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili.
22 Libell huma pendenti fi stadju ta’ appell, li minnhom 19 quddiem Qorti tal-Appell Inferjuri.