17 imutu f’ċiklun li ħakem l-Istati Uniti

Maltempata qalila kawża ta’ ċiklun kbir miexja lejn il-Grigal tal-Istati Uniti u s’issa ħalliet 17-il persuna mejta.
Iktar minn 3,300 titjijra ġew ikkanċellati lbieraħ hekk kif il-borra ħakmet partijiet sostanzjali ta’ New York u New England kif ukoll lejn il-Lvant tal-Kanada.
Il-maltempata mistennija tibqa’ taffetwa l-Lvant tal-Amerka ta’ Fuq tul il-jiem li ġejjin u mistennija tgħaddi minn fuq madwar 60 miljun persuna li qed jiġu mħeġġa biex jibqgħu fi djarhom.
Awtoritajiet Amerikani qed jgħidu li minkejja li qed jagħmlu l-almu tagħhom biex inaddfu t-toroq mill-borra, l-irjiħat qawwija qed jagħmlu dan wisq diffiċli hekk kif it-toroq qed jerġgħu jimtlew bil-borra mill-ewwel.