17-il serqa; 7 snin ħabs

Read in English.

Raġel li wieġeb ħati għal numru ta’ serqiet ġie kkundannat għal 7 snin ħabs.

Bjorn Borg, raġel ta’ 36 sena, wieġeb ħati għal 15-il każ ta’ serq minn ġo karozzi. Is-serqiet saru bejn it-8 u l-25 t’Awwissu f’lokalitajiet differenti. Barra minn hekk, huwa attakka biex jisraq il-basktijiet ta’ żewġ nisa f’żewġ każijiet separati.

Huwa wieġeb ħati għal 34 akkuża, l-iżjed dwar serq aggravat u ħsarat. Huwa wkoll reċediv.

Il-Qorti qalet li mhux aċċettabli li jkun hemm nies li għaddew minn din l-esperjenza, u vjolenza fiżika dejjem għandha ġġib magħha sentenza ħabs immedjata. B’hekk huwa ġie kkundannat għal 7 snin u xahar ħabs.