17-il sena mill-mewt ta’ Fredu Abela l-Bamboċċu

Fredu Abela l-Bamboċċu

Kien bħal-lum 17-il sena ilu li l-għannej popolari Fredu Abela magħruf bħala l-Bamboċċu ħalliena fl-età ta’ 59 sena. Huwa kien minn Ħaż-Żabbar u twieled nhar id-19 ta’ April tal-1944. Miet fid-9 ta’ Novembru tal-2003.

It-tmien wild ta’ Manwel u Silvia Abela, l-ewwel xogħol tiegħu kien bħala sewwieq tal-karozza tal-linja u l-aqam ingħatgħalu proprju ħabba l-istatura tiegħu.

Magħruf l-aktar għall-għana spirtu pront, Fredu Abela kien magħruf sew fuq ir-Redifussion u kien ukoll jieħu sehem fl-Għanafest. Huwa kien regolari jkanta fil-Boċċi Club f’Tal-Pietà, li fil-fatt kien l-aħħar post li huwa kanta.

Fredu kien miżżewweġ lil Annie u kellhom tlett ulied: it-tewmin Frans u Silvio kif ukoll lil Manwel.

Ritratt meħud minn Steve Borg

Bla dubju li jgħaddu kemm jgħaddu snin, il-Bamboċċu jibqa’ ħaj fil-kultura Maltija.