17-il rapport ta’ serq mill-Ministeru tat-Turiżmu fi żmien sena

Luke Zerafa

Matul l-2019 saru 17-il rapport lill-Pulizija dwar serq mill-entitajiet tal-Ministeru għat-Tuiżmu. Dan qalitu l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli fil-Parlament hi u twieġeb mistoqsija Parlamentari.

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Claudette Buttigieg staqsiet lill-Ministru x’tip ta’ serqiet saru fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u li ġew irrappurtati lill-Pulizija. Hi staqsiet ukoll kemm kien l-ammont ta’ kull serqa u l-valur totali tas-serqiet.

Minbarra l-2019, il-Ministru Farrugia Portelli qalet li fl-2017 saru sitt rapport ta’ serqiet, bil-valur totali ta’ €5,177. Fl-2018 kienu saru żewġ rapporti ta’ serqiet, bil-valur jitla’ għal €1,101. Intant, fl-2019, il-valur tas-17-il serqa rrappurtata kienet ta’ €3,546.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet ukoll li hemm żewġ każijiet li l-ammonti tagħhom ma jistgħux jiġu inklużi. Qalet li dan hekk kif wieħed mill-każijiet għadu qed jiġi investigat mill-Pulizija, filwaqt li s-serqa l-oħra ma kinitx tinvolvi flus kontanti u għaldaqstant ma tistax tiġi kkwantifikata.