17-il raġuni għala Fenech ma jridx lil Arnaud jinvestiga

FILE PHOTO: Maltese businessman Yorgen Fenech, who was arrested in connection with an investigation into the murder of journalist Daphne Caruana Galizia, leaves the Courts of Justice in Valletta, Malta, November 29, 2019. REUTERS/Yara Nardi

Read in English.

Dawn huma l-punti ewlenin li ħarġu mix-xhieda ta’ Yorgen Fenech, akkużat b’kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, dwar l-oġġezzjoni tiegħu li l-investigazzjoni tal-każ titmexxa mill-Ispettur Keith Arnaud:

  • Ilu jaf lil Keith Schembri minn meta kienu tfal. Saru ħbieb kbar fl-2009. Ifittxu lil xulxin għal l-ħruġ, btajjel u problemi. Ħbiberija ta’ bejn l-aħwa (‘fraternal friendship’) estiża għan-negozju.
  • L-Ispettur Arnaud kien iżomm lil Keith Schembri infurmat kontinwament dwar dak li jkun qed jiġri, biex imbagħad Keith Schembri jinforma lil Fenech. Fenech kien infurmat ukoll bir-rejd fit-tinda tal-patata li wassal għall-arrest tat-tliet akkużati bl-assassinju ta’ Daphne.
  • Yorgen Fenech kiseb informazzjoni mingħand Keith Schembri, liema informazzjoni jkun kiseb mill-Ispettur Keith Arnaud, li qed jinvestiga l-każ.
  • Fenech ma kienx jafu lil Arnaud, imma qal li Schembri kien jafu tajjeb ħafna, tant li kien sab xogħol lil mart Arnaud ma’ Infrastructure Malta.
  • Fenech ingħata informazzjoni li kienet tinkludi: evidenza, rikordings, dettalji ta’ diskussjonijiet ma’ Vince Muscat, wieħed mill-akkużati li kien talab maħfra presidenzjali.
  • Schembri qal lil Fenech li l-mowbajl tiegħu kien interċettat.
  • Schembri qal lil Fenech li Melvin Theuma kien se jiġi arrestat u tah il-kliem eżatt tal-maħfra.
  • Schembri u Fenech taw informazzjoni lil xulxin, inkluż partijiet mir-rikordings ta’ Theuma fuq Whatsapp u Signal
  • Diskussjonijiet ma’ Vince Muscat kienu mmexxija minn Arnaud.
  • Fenech dejjem mar minn jeddu biex jiġi interrogat.
  • Arnaud qal lil Fenech: Kun responsabbli u attent lil min tinvolvi. Fenech wieġbu: Dażgur, serraħ rasek, filwaqt li staqsieh jekk hux qed jirreferi għal Keith Schembri. Arnaud wieġbu fl-affermittiv.
  • Iddeskriva l-bidla fl-attitudni minn naħa ta’ Arnaud: minn amikevoli u ta’ għajnuna meta ma kienx isemmi lil Schembri għal waħda ostili u arroganti.
  • Arnaud kien qed jaġġorna lil Schembri dwar ix-xhieda ta’ Fenech.
  • Schembri bagħat żewġ skripts lil Fenech, dwar x’għandu jgħid lill-Pulizija. Dan bagħtu mat-tabib Dr Adrian Vella, li hu t-tabib ta’ Schembri u Fenech.
  • Ir-rikordings ta’ Theuma jimplikaw lil Keith Schembri direttament. Schembri għandu rabtiet diretti ma’ Theuma permezz ta’ ritratti, laqgħat, rikordings u kuntratt tax-xogħol.
  • L-apparat elettroniku kollu ta’ Fenech, dak tal-familja tiegħu – mara u t-tfal, u tas-segretarja, ġew ikkonfiskati mill-Pulizija.
  • Il-Pulizija ħarġu stqarrija immedjata li Schembri ma kienx involut, minkejja l-evidenza. Arnaud mhux f’pożizzjoni li jinvestiga għax għandu kunflitt ċar ta’ interess.