17-il purtinar ġdid fl-iskejjel tal-Gvern

Id-direttorat tal-Edukazzjoni impjega 17-il purtinar jew cleaner minn Marzu 2013 sa Awwissu li għadda.
Tnejn minn dawn il-ħaddiema rriżenjaw filwaqt li l-ħmistax l-oħra qiegħdin fi 12-il skola tal-Gvern madwar Malta.
Il-maġġoranza tal-purtinara jew cleaners li ġew impjegati fl-aħħar ħames snin jinsabu fi skejjel primarji filwaqt li oħrajn qed jaħdmu fi skejjel sekondarji, fil-Lifelong Learning Centre tal-Imsida u fl-iskola tal-mużika tal-Ħamrun.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal dan fil-Parlament għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia.
Tista' tara l-informazzjoni skont l-iskejjel f'din it-tabella:

NumruKulleġġ/skola/sezzjoni
1St. Theresa College – Primary – Lija
1St. Theresa College – Secondary – Santa Venera
2Maria Regina College – Primary – Mellieħa
1St. Thomas More College – Primary – Tarxien
1St. Benedict College – Primary – Safi
1St. Nicholas College – Primary – Attard
1St. Ignatius College – Primary – Qormi
1St. Ignatius College – Primary – Siġġiewi
2St. Ignatius College – Primary – Żebbuġ
2St. Thomas More College – Secondary – Ħamrun
1Lifelong Learning Centre – Msida
1Mikiel Anton Vassalli College – VPA – Johan Strauss School of Music – Ħamrun