17-il persuna midruba f’attakk fl-Amerika

Minn tal-inqas 17-il persuna indarbu f’attakk f’post ta’ divertiment fl-Istat ta’ Arkansas  fl-Istati Uniti.
Il-Pulizija qalet li persuna kienet gravi iżda qalbet għall-aħjar filwaqt li l-vittmi l-oħrajn ġarrbu xi ġrieħi iżda mhux f’riskju li jitilfu ħajjithom.
L-iżgħar vittma għandu 16-il sena.
Sa issa għad ma hemmx informazzjoni dwar is-suspettat madankollu l-Pulizija mhux tqis dan l-attakk bħala wieħed terroristiku.