17-il pajjiż issa fil-lista oranġjo

Read in English.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-lista l-oranġjo tal-Covid-19 se tiġi estiża b’mod sinifikanti mill-Ġimgħa li ġej. Din il-lista tinkludi pajjiżi li n-nies li ġejjin minnhom ikollhom juru riżultat negattiv ta’ test għall-coronavirus malli jaslu f’Malta.

Iż-żidiet jinkludu diversi ajruporti Taljani – dawk kollha f’Milan u Ruma, kif ukoll f’Bologna, f’Napli, f’Perugia, f’Pescapa, f’Pisa, fi Trieste, f’Turin u f’Venezja. Il-Ġermanja u l-Lussemburgu wkoll inklużi mal-lista.

S’issa l-lista tinkludi biss xi bliet fi Franza, Spanja u l-Polonja, iżda bl-ajruporti miżjudin, in-nies kollha ġejjin minn dawn it-tliet pajjiżi, minn kwalunkwe ajruport, iridu juru li m’għandhomx il-coronavirus mal-wasla tagħhom f’Malta. Huma jridu jkunu għamlu t-test mhux aktar minn tlett ijiem qabel siefru.

Ġew miżjudin ukoll il-bliet Birmingham, Edinburgh u Nottingham mir-Renju Unit.

Dawk li ma jipprovdux riżultat negattiv jaf jiġu ttestjati f’Malta u jaf ikollhom jagħmlu kwarantina.

Il-lista b’hekk tikkonsisti f’dawn il-pajjiżi:

  • L-Awstrija
  • Il-Belġju
  • Il-Bulgarija
  • Franza
  • Il-Ġermanja
  • L-Irlanda
  • L-Italja (mhux kollha, imma l-ajruporti f’Milan u Ruma, Bologna, Napli, Perugia, Pescara, Pisa, Trieste, Turin, u Venezja)
  • Il-Lussemburgu
  • L-Olanda
  • Il-Polonja
  • Il-Portugall (Porto)
  • Ir-Renju Unit (Belfast, Birmingham, Cardiff, Edinburgh, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle, Nottingham)
  • Ir-Repubblika Ċeka
  • Spanja
  • L-Iżvizzera
  • It-Tuneżija
  • L-Ungerija