17-il omiċidju mhux solvuti fl-aħħar 5 snin

Total ta’ 17-il omiċidju li seħħew bejn l-1 ta’ Jannar tal 2013 u Ottubru tal-2018 u li ġew magħluqa, għadhom mhux solvuti. Dan skont statistika pprovduta lil Newsbook.com.mt mill-Pulizija li turi d-dettalji bażiċi tal-omiċidji li sal-lum għadhom ma ssolvewx.

Il-maġġoranza tal-omiċidji jiġifieri disa’, saru permezz ta’ arma tan-nar, erba’ permezz ta’ splużjoni, tlieta permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina u persuna waħda nqatlet fgata. L-istatistika turi wkoll kif 16 minn dawn l-omiċidji kienu jinvolvu vittma maskili, filwaqt li wieħed biss minn dawn l-omiċidji jinvolvi vittma femminili. Intant, tnejn biss minn dawn l-omiċidji jinvolvu vittmi barranin, filwaqt li lbqija tal-vittmi huma kollha Maltin.

60 mara maqtula f’200 sena: “mard mentali jew adulterju”

L-età medja tal-vittmi hija dik ta’ 53 sena, bl-iżgħar persuna jkun raġel ta’ 31 sena li nqatel lura fil-21 ta’Awwissu tal-2014 fil-Fgura permezz ta’ arma tan-nar. L-ikbar persuna kienet mara ta’ 71 sena mid-Danimarka li nqatlet fgata fis-26 ta’ Lulju tal-2015 fir-Rabat Għawdex.