17-il marid bl-Ebola jaħarbu miċ-ċentru ta’ kura fil-Liberja

17-il persuna infettati bil-virus Ebola ħarbu miċ-ċentru ta’ kura f’Monrovia fil-Liberja wara li għadd ta’ rġiel armati daħlu fiċ-ċentru biex jisirqu.
Jidher li l-attakk sar fil-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda.  L-aggressuri sfrundaw il-bibien u serqu n-nies tal-belt kapitali tal-Liberja. 
Persuna li dak il-ħin kienet viċin taċ-ċentru qalet li l-morda ħarbu kollha.
Għall-bidu kien maħsub li l-morda li ħarbu kienu 29 iżda mbagħad ġie ppreċiżat li disa’ minnhom kienu mietu fil-jiem li għaddew u tlieta oħra nħarġu bil-forza minn qrabathom ftit qabel ma saret l-aggressjoni.
Il-Liberja hu wieħed mill-pajjiżi tal-Afrika tal-punent li ntalqat ħażin minn din l-epidemija li ħalliet 413 persuna mejta fil-pajjiż.
Skont l-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa l-Ebola sa issa ħadet il-ħajja ta’ 1,145 persuna.