17-il każ quddiem il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni

Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni bħalissa qed tinvestiga 17-il każ ta’ allegat korruzzjoni, iżda ma rċeviet l-ebda każ ġdid din is-sena.
Dan tħabbar fil-Parlament mill-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina.
Il-Ministru Bonnici qal li fis-sena 2017 kien hemm ħames każijiet ġodda waqt li s-sena ta’ qabel, il-kummissjoni rċeviet sitt każijiet ġodda.
Ritratt: Reuters