19-il immigrant għal Malta wara li ġew salvati

Immigranti jirrifjutaw għajnuna Malta dgħajsa
Arkivji

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 19–il persuna li fil-bidu kienu maħsuba li għerqu u nstabu b’ħidma koordinata miċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni u Salvataġġ Malti.

Il-Forzi Armati kienu fuq il-post biex jagħtu l-għajnuna tagħhom. L-immigranti ngħataw life-jackets hekk kif id-dgħajsa spiċċat għerqet. 17-il immigrant ġew salvati minnufih u ttellgħu abbord il-patrol boat, filwaqt li t-tnejn l-oħra ġew salvati iktar tard wara li kienu rrappurtati nieqsa meta saru tfittxijiet.

Abbord id-dgħajsa kien hemm 19-il persuna, fosthom mara tqila u persuna minorenni. L-immigranti jinsabu f’kundizzjoni tajba.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-immigranti li ġew salvati se jinġiebu Malta.