17-il film fil-Jum Nazzjonali taċ-Ċinema!

Il-KRS Releasing Ltd għadhom kif ħabbru l-24 edizzjoni tal-Jum Nazzjonali taċ-Ċinema li din is-sena se jkun qed isir is-Sibt 13 ta’ Lulju.

17-il film, kollha riċenti, li jvarjaw f’ġeneri differenti huma skedati li jintwerew f’ċinemas f’Malta mid-9 ta’ filgħodu sa’ nofsillejl. Il-films f’Għawdex jibdew mill-4 ta’ wara nofsinhar.

Il-fims, li jvarjaw minn azzjoni, avventura, fantaxjenza, kummiedja animata u thrillers tal-biża’ se jkollhom dħul bi prezz ridott. Dawn li huma interessati huma mħeġġa biex jibbukkjaw minn qabel.

Dawn huma wħud mill-films li se tkun tistgħu taraw fit-13 ta’ Lulju:

The Queen’s Corgi (Animat)

Dame Julie Walters tagħmel il-vuċi tar-Reġina li jintilfilha l-kelb favorit tagħha u mill-Palazz jispiċċa fi klabb fejn iġelldu l-klieb. Imbagħad hu jibda l-vjaġġ twil biex isib triqtu lura lejn il-Palazz.

Toy Story 4 (Animat/ Avventura / Kummiedja)

Ġugarell ġdid, Forky, jingħaqad ma’ Woody u sħabu, għal vjaġġ li jurihom kemm id-dinja tista’ tkun kbira għal ġugarell

The Secret Life of Pets 2 (Animat/ Avventura / Kummiedja)

Tkompli l-istorja ta’ max u sħabu l-annimali hekk kif naraw xi jkunu qed jagħmlu dawn wara li s-sidien tagħhom ta’ kuljum jitilqu għax-xogħol jew l-iskola.

Rocketman (Biografiku / Drama/ Mużikali)

Il-ħajja u l-karriera tal-kantant u mużiċist Elton John.

Men In Black international (Azzjoni/ Avventura / Kummiedja)

The Men in Black hawnhekk jifaċċjaw l-ikbar theddida li qatt kellhom s’issa. Min mill-organiżżazzjoni tagħhom huwa spjun?

X-Men: Dark Phoenix (Azzjoni/ Avventura / Fantaxjentifiku)

Jean Grey tibda tiżviluppa poteri li jikkorrumpuha u jibdluha fid-Dark Phoenix. Imma x’se tkun id-deċiżjoni tal-X Men? S jħalluha tgħix b’turiha ta’ rispett, jew jiddefendu lill-umanità?

Anna (Azzjoni/ Avventura / Thriller)

X’inhu s-sigriet li qed taħbi Anna Poliatova li jwassalha biex issir qattiel professjonali?

Spider-Man: Far From Home (Azzjoni/ Avventura / Kummiedja)

Wara dak li seħħ f’Avengers: Endgame, Spider-Man jipprova jsalva d-dinja minn theddida ġdida.

Godzilla: King of the Monsters (Azzjoni / Avventura / Fantasija)

Godzilla kontra grupp ta’ mostri bħal Mothra u Rodan u l-għadu il-ġdid King Ghidorah li jkollu tlett irjus.

Annabelle Comes Homes

Annabelle Comes Home (Tal-Biżà / Misteru / Thriller)

Annabelle tittieħed minn Ed u Lorriane Warren li jaqflu l-pupa f’post fejn ma tistax tagħmel aktar ħsara, iżda x-xjaten li hemm f’din il-pupa ma jdumux ma jerġgħu jerfgħu rashom.

 

Yesterday (Kummiedja / Drama)

Mużiċista jistenbaħ u jsib ruħu f’dinja li qatt ma eżistiet fejn ħadd ma jiftakar li kien jeżisti l-grupp The Beatles.

Late Night (Kummiedja / Drama)

Meta programm televiżiv li jixxandar tard filgħaxija jibda sejjer ħażin, il-preżentattriċi tingħaqad ma’ membru ġdid mit-tim tagħha biex isalvaw il-programm.

The Hustle (Kummiedja)

Anne Hathaway u Rebel Wilson jingħaqdu flimkien biex jivvendikaw irwieħhom mill-irġiel li kienu weġġgħuhom. 

Aladdin (Avventura / Familja / Fantasija)

Ir-remake tal-film Aladdin b’Will Smit fil-parti ewlenija. Fil-kast, għalkemm f’parit żgħira, il-Malti Nathaniel Ellul li jidher f’xena fil-bidu tal-film.

Iż-Żabbari Nathaniel Ellul fuq is-sett tal-film Aladdin, li fih jidher f’xena fil-bidu.
Ritratt: Facebook

AQRA: Żagħżugh Malti fil-film Aladdin ta’ Disney

AQRA: Aladdin jiddomina l-box office internazzjonali; S’issa daħħal $121 miljun