17-il familja se jingħataw somma talli adottaw

Arkivji

Il-Ministeru għall-Familja ħabbar li 17-il familja se jingħataw is-somma ta’ €10.000 bħala miżura biex ittaffi l-ispejjeż li jkunu għaddew minnhom biex adottaw tfal minn barra minn Malta.

L-istqarrija tispjega li hemm 10 familji oħra jistennew biex l-applikazzjoni tagħhom tkun proċessata u l-għajnuna finanzjarja tkopri fost l-oħrajn, spejjeż ta’ akkomodazzjoni fil-pajjiż tal-adozzjoni, spejjeż tal-biljetti tal-ajru, u spejjeż ta’ traduzzjoni.

Il-Ministeru rrimarka li din l-għajnuna tapplika biss għall-adozzjonijiet minn barra minn Malta li seħħew wara l-10 ta’ Ottubru 2017.

Aktar informazzjoni għandha tinstab fil-paġna ta’ Facebook “Adoption Service Malta” jew b’appuntament mal-ħaddiema soċjali.

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-għotja kienet dik ta’ €10,000.