17-il ċiefa spiċċaw fuq l-art minħabba x-xemx

BirdLife Malta illum qalet li rrappurtat 17-il każ ta’ ċiefa li spiċċaw fuq l-art minħabba l-effett li jħalli fuqhom id-dawl tax-xemx.
Birdlife Malta qed tappella wkoll lill-pubbliku sabiex jirrapporta mal-ewwel lill-awtoritajiet jekk jara minn dawn it-tip ta’ għasafar fit-toroq jew fil-kampanja.  Qed tappella lill-awtoritajiet sabiex jieħdu azzjoni ħalli kemm jista’ jkun jiġi kkontrollat it-tniġġiż li jiġi mid-dawl fl-inħawi ta’ qrib il-kosta.
Iċ-ċief iqattgħu ħajjithom fuq il-baħar u jersqu biss lejn l-art matul il-lejl.
Id-dawl ta’ matul il-ġurnata itellifhom tant li xi drabi jsibu ruħhom mitlufa fuq l-art.