17 -il akkuża ġdida fil-konfront ta’ Julian Assange

FILE PHOTO: WikiLeaks founder Julian Assange is seen on the balcony of the Ecuadorian Embassy in London, Britain, May 19, 2017. REUTERS/Peter Nicholls/File Photo

Id-dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti ressaq 17 –il akkuża ġdida kontra l-fundatur ta’ wikileaks Julian Assange, li qed jistenna jiġi estradit mill-Ingilterra

L-aħħar akkużi jghidu li Assange irċieva u ppubblika ismijiet ta’ sorsi sigirieta tal-Istati Uniti. S’issa, Assange kien qed  jiġi akkużat  li flimkien mal- ex-analista sigiriet Chelsea Manning kellu aċċess tan-network tal-Pentagon.

Bhalissa Assange qed jiskonta sentenza il-ħabs fl-Ingilterra wara li kiser il-liberta’ provizorja li intbagħat 50 ġimgħa ħabs fuq akkużi li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

Assange, ta’ 47 sena, instab ħati li kiser dawn il-kundizzjonijiet ix-xahar li għadda wara li ġie arrestat fl-ambaxxata tal-Ecuador f’Londra.

Hu kien ilu f’din l-ambaxxata mill-2012 biex jevita li jkun estradit lejn l-Iżvezja fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali. Hu qed jiċħad dawn l-allegazzjonijiet.