17 Black: “Dak li suppost qed tagħmel Malta qed jagħmluh l-Ewropej”

Il-Kap tad-Delegazzjoni u l-Ewroparlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista David Casa saħaq ma’ Newsbook.com.mt li dak li suppost qed issir mill-istituzzjonijiet f’Malta, qed minflok isir mill-istituzzjonijiet Ewropej fil-każ tas-17 Black. Casa tkellem ma’ Newsbook.com.mt dwar id-diskussjoni fuq il-kumpanija bbażata f’Dubaj 17 Black u li se ssir fil-kumitat tal-Parlament Ewropew magħruf bħala Tax3. Dal-kumitat speċjali jaħdem fil-qasam ta’ reati finanzjarji, evażjoni tat-taxxa u evitar tat-taxxa.

L-Ewroparlamentari fakkar li fil-każ ta’ Pilatus Bank kienu l-awtoritajiet Ewropej li ħadu azzjoni. Semma’ li anki fil-każ tal-Aġenzija tal-Gvern kontra l-ħasil ta’ flus, l-FIAU u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, kienu l-istituzzjonijiet Ewropej li rrakkomandaw it-tibdiliet meħtieġa.

AQRA: 17 Black: 7 punti li qalilna Reuters

AQRA: 17 Black: MEP Olandiża ssejjaħ għal investigazzjoni sħiħa

Rigward il-kumpanija 17 Black li s-sid tagħha ġie żvelat minn The Daphne Project permezz ta’ ħidma konġunta li saret mill-aġenzija Reuters u l-ġurnal The Times of Malta, Casa sostna li kienu diversi gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew li talbu biex ikun hemm diskussjoni. Ma’ Newsbook.com.mt, Casa qal li l-Ewroparlamentari l-oħra segwew dak li kien qed jiġri f’Malta u jafu li mhux qed isiru investigazzjonijiet dwar il-kumpanija mill-ebda istituzzjoni. Casa kompla jispjega li l-Ewroparlamentari dehrilhom li dan “l-iskandlu” kien wieħed gravi.

AQRA: 17 Black: kobba mħabbla u inkjesta li qed jistenna l-PM

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN saħaq li b’hekk il-kumitat responsabbli se jkollu l-opportunità li jsaqsi u jiddiskuti din il-kumpanija. Huwa kompla jgħid li huwa nfurmat li preżenti għad-diskussjoni se jkun hemm rappreżentat tal-Gvern kif ukoll rappreżentati minn The Daphne Project.

AQRA: “Wara 17 Black, qed ninvestiga Macbridge” – Reuters lil Newsbook

Huwa sostna li jaf toħroġ iktar informazzjoni li għadha ma ħarġitx dakinhar filwaqt li temm jgħid li forsi l-verità għadt tinkixef permezz tal-istituzzjoni Ewropej.

AQRA: 17 Black: Casa jinforma lil esperti tal-ħasil tal-flus bl-aħħar żviluppi

“Inkwetanti ferm” – PN; ‘Ma tgħallmu xejn’ – PL

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li huwa inkwetanti ferm li l-kumitat speċjali se jkun qed jiddiskuti l-kumpanija 17 Black. Il-PN sostna li l-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri qed ikomplu iħammru wiċċ Malta. Il-PN saħaq li Mizzi kellu jirreżenja minnufih bħalma ġara f’pajjiżi oħra. Il-Partit sostna li dan kieku kien iwaqqaf il-ħsara li qed issir fuq setturi importanti għall-ekonomija Maltija.

B’reazzjoni għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista saħaq li b’din l-istqarrija “l-PN juri li għadu ma tgħallem xejn”.