17 Black: Casa jintalab jixhed dwar il-koperazzjoni tal-Emirati Għarab Magħquda

Il-Membru Parlamentari Ewropew (MEP) David Casa ntalab jixhed dwar il-koperazzjoni li offrew l-Emirati Għarab Magħquda lill-Pulizija Maltija fl-investigazzjonijiet tagħha dwar 17 Black.

Huwa kiteb fuq Facebook li dalgħodu ssejjaħ il-qorti biex jagħti l-evidenza fuq il-komunikazzjoni li kellu mal-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda fuq 17 Black.

Fl-inkjesta pubblika fuq l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-eks Kap tat-Taqsima tar-Reati Finanzjarji Ian Abdilla qal li l-Pulizija ma sabitx wisq koperazzjoni mingħand l-Emirati Għarab Magħquda fl-investigazzjonijiet tagħha fuq 17 Black.

This morning I was summoned to court to give evidence on my communication with the authorities of the United Arab…

Posted by David Casa on Friday, August 7, 2020

Madankollu, fix-xhieda tiegħu l-ġimgħa li għaddiet, l-MEP David Casa, li qal li ma jemminx lil Ian Abdilla li l-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda ma kkoperawx mal-awtoritajiet Maltin, peress li l-Ambaxxatur infurmah li l-Emirati Għarab Magħquda jridu jikkoperaw għax ma jridux jidhru li huma involuti fil-qtil ta’ ġurnalista Ewropea.

Casa saħaq li se jkompli jaħdem biex jara li ssir ġustizzja.