$17,000 u sigaretti bla dazju maqbuda mid-Dwana

Id-Dwana ta’ Malta ikkonfiskat $17,000 mingħand raġel li kien għadu dieħel minn Benghazi fil-Libja dal-lejl.
L-uffiċjali stazzjonati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qalu li r-raġel, mill-Oman, ma ddikjarax li fuqu kellu $27,000, u meta fittxewlu sabulu wkoll sitt pakketti ta’ sigaretti ta’ bla dazju.
Il-flus żejda u s-sigaretti għaddew għand it-Taqsima tal-Pulizija għall-Kriminalità Ekonomika għal aktar investigazzjonijiet.
Sadanittant, ir-raġel se jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Id-dwana qalet fi stqarrija li dis-sena kienet waħda rekord fi qbid ta’ dan it-tip.