17,000 donatur tad-demm fis-sena

Fl-aħħar tliet snin kien hemm iktar minn 17,000 donatur tad-demm fis-sena.
Dan ħareġ minn ċifri mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Konrad Mizzi fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Bejn is-sena 2000 u l-2014 kien hemm medja ta’ ftit anqas minn 16,000 donatur tad-demm fis-sena.
L-anqas għadd ta’ donaturi kien reġistrat fl-2005 meta kien hemm 14,376 donatur.
L-2012 kienet l-iktar sena li fiha kien hemm persuni li marru jagħtu d-demm, hekk kif l-att ta’ donaturi laħaq is-17,424. Is-sena li għaddiet, kien hemm it-tieni l-ogħla għadd ta’ donaturi fl-aħħar 15-il sena bi 17,385.
Sena wara l-oħra l-għadd ta’ donaturi rġiel kienu kważi d-doppju ta’ dak tan-nisa.
Fl-aħħar sentejn id-donaturi nisa kienu ta’ madwar 5,500 kull sena, waqt li d-donaturi rġiel żdiedu minn 11,533 fl-2013 għal 11,901 fl-2014.