
Hekk kif tispiċċa l-ħolma tat-Tazza tad-Dinja għar-Russja bit-telfa tagħhom kontra l-Kroazja, dawk intiżi fuq il-futbol innutaw in-nuqqas tal-President Vladimir Putin, li kien preżenti biss għal logħba waħda fl-aqwa turija tal-ħila tagħhom fit-Tazza tad-Dinja mill-1991.
Putin kien preżenti għall-ewwel logħba tar-Russja kontra l-Arabja Sawdija, imma tilef l-erbgħa l-oħra.
Kelliem għall-Kremlin, Dmitry Peskov, qal li Putin kien skedat jattendi biss l-ewwel u l-aħħar logħob. Dan għaliex il-logħob isir fl-iktar ħinijiet tal-ġurnata li jkollu x’jagħmel.
Għal rapport komplet bl-Ingliż, segwi hawn.