​166 uffiċjal tat-trasport jissorveljaw it-toroq u l-baħar

Tela’ għal 166 uffiċjal it-team tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f’Malta. Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dawn l-uffiċjali jassiguraw iktar effiċjenza u infurzar aħjar fit-toroq u fuq il-baħar.
Semma kif fl-ewwel tliet xhur tas-sena, dawn l-uffiċjali diġà ħarġu aktar minn 5,000 kontravenzjoni fuq toroq arterjali. Qal li filwaqt li dawn mhumiex deċiżjonijiet popolari, huma bżonnjużi għas-sigurtà fit-toroq.
Il-Ministru Borg saħaq dwar l-importanza tal-kampanji edukattivi u l-investiment fl-infrastruttura tal-pajjiż.
Meta tkellem dwar l-infurzar fuq il-baħar, semma kif s’issa ħarġu mal-240 twissija u mal-270 kontravenzjoni fuq il-baħar.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri