165 persuna l-Qorti fuq pickpocketing

Pick-pocketing

Fl-aħħar sitt snin kien hemm 165 persuna li tressqet il-Qorti b’rabta ma’ każijiet ta’ pickpocketing.

Dan it-tagħrif ħareġ mill-parlament fuq mistoqsija tad-deputat Laburista Byron Camilleri.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Michael Farrugia qal li din is-sena l-każi rrappurtati kien terz ta’ kemm kienu fl-2016.