Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 164 każ ġdid tal-coronavirus, minn 2,806 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.
Tħabbar wkoll li fiequ 73 persuna, u b’hekk, bħalissa hawn 1,935 każ attiv tal-coronavirus.

Il-Ħamis filgħodu tħabbret ukoll mewta oħra bil-Covid-19, ta’ anzjan ta’ 74 sena.