163 koppja tieħu l-unjoni ċivili; każ wieħed t’addozzjoni

S’issa 163 koppja ħadet l-unjoni ċivili, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta’ addozzjoni ta’ tarbija minn koppja tal-istess sess.
Dan ħabbritu l-Ministru għal-Libertajiet Ċivili Helena Dalli waqt konferenza tal-aħbarijiet, li saret fl-okkażjoni tat-tielet anniversarju mid-dħul tal-unjoni ċivili f’Malta.
Spjegat li 16 mill-koppji li daħlu f’unjoni ċivili saru barra minn Malta iżda kienu reġistrati f’Malta u rikonoxxuti mill-Istat. It-total jinkludi wkoll 22 żwieġ bejn koppji tal-istess sess li saru barra minn Malta u li iżda kienu reġistrati Malta. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, persuna minnhom riedet tkun ta’ ċittadinanza Maltija.