Miljuni ta’ nisa japplikaw għal-liċenzja fl-Arabja Sawdija

 Saudi woman
A Saudi woman, Amira, who works in Aramco, drives to her office in Dammam, Saudi Arabia, June 24, 2018. REUTERS/Hamad I Mohammed

Read in English.

Miljuni ta’ nisa mill-Arabja Sawdija mistennija li se japplikaw għal-liċenzja tal-karozza għall-ewwel darba dan ix-xahar, hekk kif il-mara se jingħatalha d-dritt li ssuq.

Pero qabel xejn bħal kulħadd, iridu jitgħallmu r-regoli tas-sewqan u kif iħaddmu karozza.  Għalhekk l-Università ta’ Effat f’Jeddah fl-Arabja Sawdija, organizzat sezzjonijiet immirati lejn l-istudenti tagħha sabiex jitgħallmu l-bażiku ta’ kif iħaddmu karozza.

Għal ħafna mit-tfajliet li jattendu din l-Università, dawn is-sezzjonijiet ta’ siegħa li kellhom l-opportunità li jagħmlu, kienet l-unika darba li qatt poġġew fin-naħa tas-sewwieq.

Aktar il-quddiem, universitajiet madwar l-Arabja Sawdija mistennija li joffru lin-nisa korsijiet sħaħ dwar is-sewqan ta’ karozza x’ħin ir-regoli gwida proposti mill-Gvern jiġu ppublikati.

Il-President tal-Università ta’ Effat, Dr. Haifa Jamal Al-Lail qalet li bis-saħħa ta’ dan, in-nisa se jkollhom aktar opportunitajiet fil-qasam tax-xogħol.

Il-kumpaniji tal-karozzi qed jaraw din il-bidla bħala opportunità sabiex ikabbru l-bejgħ tagħhom.