Tajani jiddedika premju prestiġjuż lil Daphne Caruana Galizia

Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, iddedika l-premju prestiġjuż Biagio Anges International Journalism Award lil Daphne Caruana Galizia u lill-ġurnalisti oħra assassinati.

Tajani kien wieħed mill-persuni li irċieva dan il-premju il-bieraħ f’Sorrento, l-Italja, fejn saret l-għaxar edizzjoni tal-premju. Fost dawk li irċevew il-premju hemm id-direttur ta’ Le Monde Jèrome Fenoglio, id-deputat direttur tal- Corriere della Sera Barbara Stefanelli, il-kumentaturi Paolo Mieli u Ezio Mauro, u il-ġurnalista ta’ Il Sole 24 Ore Adriana Cerretelli.

Biagio Agnes kien ġurnalist Taljan magħruf mad-dinja kollha kif ukoll kien id-Direttur Ġenerali tar-RAI. Iċ-ċeremonja se tkun imxandra fuq il-RAI1 nhar l-Erbgħa 27 ta’ Ġunju tard filgħaxija.