Filmat: 160 immigrant irregolari jiddaħlu fi Sqallija

Madwar 160 immigrant irregolari iddaħlu fil-bajja ta’ Morghella f’Pachino fi Sqallija.

Il-grupp ta’ immigranti jinkludi għadd ta’ nisa li qed jistennew tarbija u 50 tifel u tifla li l-maġġor parti tagħhom għandhom taħt it-tliet snin.

Uħud mill-immigranti daħlu fix-xtajta bl-għawm, iżda l-biċċa l-kbira ġew salvati mill-Armata Taljana permezz ta’ żewġ patrol boats.

Bejn ilbieraħ u llum, tliet dgħajjes b’280 immigrant abboard ġew salvati mill-ibħra Sqallin.