16 mejta u 40 feruti f’inċident b’ferrovija fil-Bangladesh

REUTERS

Read in English.

Żewġ ferroviji ħabtu fil-Bangladesh f’inċident fatali li ħalla 16-il persuna mejta u aktar minn 40 feruti. Uffiċjali qalu li l-ħaddiema tas-salvataġġ qed jaħdmu biex isalvaw aktar nies li jinsabu maqbuda.

L-inċident seħħ 100 kilometru lejn il-Lvant tal-kapitali. Mohammed Moslem, passiġġier ta’ 50 sena li kien fuq il-ferrovija spjega li kif ħareġ mill-kabina wara l-impatt ra għadd ta’ iġsma min bla saqajna, min bla ras u min bla idejn.

“Kien hemm tisbita kbira u wara smajna t-twerżiq u l-għajjat”, spjega Moslem.

Il-Prim Ministru tal-pajjiż esprima xokk u diżappunt għall-vittmi filwaqt li ħeġġeġ lill-uffiċjali u lill-pubbliku biex joffru sapport.