16-il xahar priġunerija talli kellu relazzjoni sesswali ma’ tifel ta’ 14

Raġel ta’ 52 sena minn Ħal Qormi ngħata sentenza ta’ sittax-il xahar priġunerija wara li ammetta li kkorrompa tifel t’14-il sena.
Fil-qorti ntqal li r-raġel u t-tifel iltaqgħu f’każin tal-banda u t-tnejn li huma jħobbu l-festa tar-raħal.
Ir-raġel ikkorrompa t-tifel f’erba’ jew ħames okkażjonijiet differenti fid-dar tar-raġel.
It-tifel tpoġġa taħt ordni ta’ protezzjoni għall-perjodu ta’ 3 snin.
Ir-raġel ingħata ordni biex ma jagħmilx kuntatt mat-tifel u jekk jikser din l-ordni, s-sentenza ta’ priġunerija tiżdied b’6 xhur.