Filmat: 16-il siegħa wara, il-ftehim għadu ‘l bogħod

Read in English.

Komplew dalgħodu id-diskussjonijiet fuq livell ta’ kapijiet tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, dwar l-Fond ta’ Rkupru maħsub biex jagħmel tajjeb għall-problemi ekonomiċi li qed jiffaċċjaw għadd ta’ pajjiżi minħabba l-coronavirus.

Wara 16-il siegħa ta’ negozjati li ntemmew fis-2 ta’ filgħodu, il-kapijiet Ewropej bdew jiltaqgħu dalgħodu fil-11am.

L-ebda progress irreġistrat s’issa hekk kif l-ikbar diverġenzi jibqgħu dawr il-Pjan ta’ Rkupru imsejjaħ ‘New Generation EU’ li jinvolvi €750 biljun.

Pajjizi bħal l-Olanda, l-Awstrja, id-Danimarka u l-Fillandja qed jimponu kundizzjonijiet għal riformi fis-swieq tax-xogħol u tal-pensjonijiet fi Spanja, l-Italja, Franza u l-Greċja.