16-il persuna fuq il-vapur ankrat Sqallija bżonn il-kura

It-tobba ordnaw li 16-il migrant jitħallew jitilqu minn fuq il-vapur Taljan ta’ salvataġġ li ilu ħamest ijiem fil-port Siċiljan. Il-Ministru matteo Slvini qal li qed jaħdem biex isib soluzzjoni ‘pożittiva’ għall-aħħar 134 persuna abboord il-vapur.

Il-migranti, primarjament mill-Eritrea ilhom imħollijin fuq il-vapur minn nhar it-Tnejn li għadda minħabba li l-gvern Taljan qed jirrifjuta li jħallihom jinżlu minn fuq il-vapur qabel ma l-istati tal-Unjoni Ewropea jaqblu li jieħdu uħud mill-migranti.

Spetturi mill-Ministeru tas-Saħħa Taljana u membri tas-Salib Aħmar marru abbord il-vapur biex iżuru l-persuni abbord. Uħud minn dawk abbord kienu qed jirrifjutaw l-ikel bħala protesta talli tħallew maqbuda fuq il-vapur għal numru ta’ ġranet taħt xemx taqli l-ankri.

Wara din iż-żjara, l-ispetturi ordnaw li 11-il mara u 5 irġiel jitħallew jinżlu minn fuq il-vapur biex jittieħdu l-isptar ta’ Katanja. S’issa għadhom ma tħallewx jinżlu, iżda skont il-Ministru tal-Intern ta’ Salvini qal li se jkunu jistgħu jinżlu daqt. Għad m’hemm l-ebda informazzjoni dwar liema problemi ta’ saħħa qed iġarrbu.