16-il miljun ruħ fi kwarantina fl-Italja

Read in English.

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conti ħabbar li l-Awtoritajiet tas-Saħħa poġġew tal-inqas 16-il miljun persuna fl-Italja fi kwarantina fit-tentattiv tagħhom li jwaqqfu l-virus milli jkompli jinxtered.

L-ordni wasslet għal reġjun tal-Lombardija u 14-il provinċja fil-qrib u din mistennija ddum fis-seħħ sal-bidu ta’ April.

Fl-aħħar 24 siegħa mietu 50 persuna fl-Italja bil-coronavirus biex it-total tal-imwiet issa tela’ għal 230. Il-każijiet qabżu minn 1,200 għal 5,883 ilbieraħ.

Persuni mhux se jitħallew jidħlu jew joħorġu mir-reġjun tal-Lombardija li fiha jgħixu 10 miljun persuna jekk mhux b’emerġenza. Iċ-ċentru tal-Lombardija hu Milan iżda dawn il-miżuri japplikaw ukoll għal Venezja.