16-il każ ġdid ta’ coronavirus

swabbing center

Matul il-jum tal-bieraħ instabu 16-il każ ġdid ta’ coronavirus biex b’hekk issa hawn total ta’ 213-il każ pożittiv ta’ coronavirus fil-pajjiż.

Dan ħareġ permezz ta’ infografika fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa. Hawn kien spjegat li fost il-każi ġodda hemm ħamsa li kienu relatati mal-cluster tal-festa ta’ Santa Venera, tnejn li jiffurmaw parti mill-cluster ta’ Paceville, ħamsa oħra oħra relatati ma’ każi preċedenti, filwaqt li l-każ l-ieħor huwa sporadiku.

Matul il-jum tal-bieraħ saru total ta’ 1,502 swab tests. B’kollox, minn meta feġġ l-ewwel każ fil-pajjiż, saru total ta’ 133,105 swab test u minnhom ħarġu 890 każ pożittiv tal-coronavirus. S’issa fiqu total ta’ 666 persuna u mietu disgħa.