16-il kamra tan-nar f’taqtigħa għal aħjar raddiena

16-il kamra tan-nar se tipparteċipa fil-11-il edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art.
Il-Festival, organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana, se jkun fih 32 strutturi kbar tal-logħob tan-nar mekkanizzat.
F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Sindku tal-Kunsill Lokali Davina Sammut Hili spjegat li r-rebbieħ tal-festival se jiġi magħżul fuq l-aħjar merti fi tliet kategoriji: għall-aħjar mekkaniżmu, għall-aħjar prodotti użati u għall-aktar esebizzjoni oriġinali.
Il-parteċipanti huma:
 

  • Kumpless tan-Nar 15 t’Awwissu – Mosta
  • Għaqda tan-Nar Soċjetà Mużikali Maria Bambina, Banda Vittorja, Naxxar
  • Għaqda tan-Nar San Ġużepp, Kalkara
  • Għaqda tan-Nar Maria Bambina, Naxxar
  • Kumpless tan-Nar San Leonardu, Kirkop
  • Kumpless tan-Nar Santa Katarina, Żurrieq
  • Għaqda tan-Nar Sagra Familja, Kalkara
  • Għaqda tan-Nar Madonna tad-Duttrina, Tarxien
  • Kummissjoni Piroteknika Santa Katarina, Għaqda Banda Żejtun, Żejtun
  • Kumpless tan-Nar Mount Carmel, Żurrieq
  • Kumpless tan-Nar Madonna tal-Ġilju, Mqabba
  • Kumpless tan-Nar San Mikiel, Lija
  • Kumpless tan-Nar San Ġużepp, Żebbuġ
  • Għaqda tan-Nar San Gabriel, Tarxien
  • Kummissjoni Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa
  • Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar, Briżebbuġa

 
Il-festival se jsir is-Sibt li ġej fl-10.30pm.