16-il finalista ghall-Għanja tal-Poplu

It-42 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu se tittella’ s-Sibt l-1 ta’ Settembru 2018 fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt.

Is-16-il kanzunetta finalista li ntgħażlu minn fost 137 ser jinstemgħu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra li ser tkun komposta minn erbgħin mużiċist taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown u Mro Paul Abela.

Ġurija magħżula minn fost il-pubbliku u oħra esperta ser tkun qed tagħżel il-kanzunetti rebbieħa.

L-Għanja tal-Poplu qed jittella’ bl-għajnuna tal-Cultural Partnership Agreement tal-Kunsill Malti għall-Arti, kif ukoll il-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal li qed joffru ir-riżorsi tagħhom biex din l-edizzjoni terġa’ tkun suċċess.

Il-preżentaturi ta’ dan il-festival ser ikunu Kim Dalli u Owen Bonnici. Fit-tieni parti tal-festival, Mro Paul Abela ser jesigwixxi siltiet mis-suċċessi tal-karriera mużikali tiegħu.

Il-biljetti għal dan il-festival jistgħu jinkisbu minn dan il-websajt.

Tistghu tiksbu iktar informazzjoni dwar il-finalisti mill-websajt, kif ukoll tisimghu l-kanzuneiit taghhom mill-websajt ta l-Għanja tal-Poplu.