16 imutu f’sit ta’ kostruzzjoni f’7 snin

Bejn l-2013 u l-2019 kien hemm 16-il inċident fatali f’siti ta’ kostruzzjoni. Minn dawn l-inċidenti, 7 każijiet minnhom għaddejjin proċeduri legali fil-Qorti.

Fil-Parlament il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne spjega li min-naħa tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), matul dawn l-aħħar seba’ snin saru 15,738 spezzjoni f’siti ta’ kostruzzjoni li minnhom ingħataw 2,133 f’multi ammistrattivi.

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għas-Saħħa fil-Parlament bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Fi Frar li għadda direttur ta’ kupanija ġie mmultat €10,000 wara li nstab ġati li kiser ir-regoli tas-saħħa u s-siġurtà f’sit ta’ kostruzzjoni. Dan wassal biex ħaddiem tilef ħajtu fl-2014.