16-il attentat ta’ suwiċidju fil-kustodja tal-Pulizija mill-2010

16-il priġunier ippruvaw jagħmlu suwiċidju waqt li kienu fil-kustodja tal-Pulizija fl-aħħar ħames snin.
Dan qalu l-Ministru għall-Intern Carmelo Abela waqt tweġiba supplimentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Abela sostna li għaxra minn dawn il-każi seħħew matul il-leġislatura preċedenti u staqsa għaliex l-Amministrazzjoni preċedenti ma investigatx dawn il-każi.
Fenech Adami rrefera għall-każ ta’ attentat ta’ suwiċidju minn Sirjan li kien qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Huwa staqsa għaliex Abela ma rreferiex għall-każ fl-istqarrija li huwa għamel il-ġimgħa li għaddiet fil-Parlament.
Abela qal li l-Gvern m'għandux intenzjoni jaħbi każi ta’ suwiċidju, iżda wieħed irid ikun kawt dwar kif jittratta każi bħal dawn. Qal ukoll li l-Ministeru kien proattiv meta ordna inkjesta interna b’mod parallel għal dik Maġisterjali.