​16-il atleta Malti f’Ċipru għall-Olimpjadi Speċjali

16-il atleta Malti jinsabu f’Ċipru fejn qed jipparteċipaw fil-Logħob Nazzjonali tal-Olimpjadi Speċjali, fid-dixxiplini tal-għawm, tal-atletika u taċ-ċikliżmu.
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Justyne Caruana awguratilhom f’isem il-Gvern u qalet li dan hu eżempju ċar ta’ kif il-persuni b’diżabilità qed ikunu attivi u jagħmlu unur lil Malta.
F’isem il-Gvern, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana tixtieq tawgura lit-tim Malti ta’ Special Olympics Malta li qiegħed jipparteċipa fil-logħob nazzjonali f’Ċipru.
Semmiet ukoll kif fost l-atleti hemm atleta minn Għawdex li juri s-suċċess tal-operat ta’ Special Olympics Gozo.