16,600 iktar anzjani minn tfal u ż-żgħażagħ

L-anzjani jisbqu lit-tfal u ż-żgħażagħ b’16,600 persuna.
Dan joħroġ minn ċifri mogħtija fil-Parlament mill-Ministru responsabbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Edward Scicluna fi tweġiba għall-mistoqsija tad=Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Scicluna qal li l-popolazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014 kienet tammonta għal 429,344. Minn dawn, 85,850 kellhom inqas minn 20 sena waqt li 102,456 kellhom aktar minn 60 sena.