Tuża l-Gmail? Żvelati tibdiliet

Read in English.

Wieħed bilfors irid jaġġorna l-inbox tal-Gmail tiegħu skont l-aġġornamenti li se jagħmel
Google fuq il-pjattaforma.
Dan imur kontra dak li qal Google oriġinarjament, jiġifieri li wieħed se jingħata ċ-ċans li
jagħżel jekk jaġġornax l-inbox tiegħu jew le.
Il-kumpanija tinkoraġġixxi lil dawk li jużaw il-Gmail biex jibdew jużaw is-sistema
esperimentattiva l-ġdida minn issa.
Dan jista’ jsir billi wieħed imur fuq settings, u jagħżel “Enable experimental access”,
imbagħad jikklikkja fuq “save”.

Wara ftit sigħat, “Try the new Gmail”, għandha tkun l-ewwel għażla fid-drop-down menu
tas-Settings.

It-tranżizzjoni mill-imejl l-antika għall-imejl il-ġdida issir billi f’ Awwissu li ġej, dawk kollha li jużaw il-Gmail, inklużi kumpaniji, se jkollhom iċ-ċans jużaw il-pjattaforma aġġornata. F’dan il-perjodu, huma se jkollhom iċ-ċans li jerġgħu jibdew jużaw il-pjattaforma mhux aġġornata.

F’Settembru, din il-bidla se ssir awtomatikament, jiġifieri kulħadd ikollu jagħmilha.
Madanakollu, sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, wieħed se jkollu ċ-ċans li jmur lura għall-
pjattaforma oriġinali.

F’Ottubru, wieħed mhux se jkun jista’ jagħmel iktar dan. Il-pjattaforma l-ġdida se tkun infurzata fuq dawk kollha li jużaw l-Gmail.