155 każ ġdid ta’ coronavirus; 49 ifiequ

face masks
Miguela Xuereb

Read in English.

155 persuna oħra nstabu pożittivi għall-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa wara total ta’ 2,823 swab test. Dan kien ikkonfermat f’infografika mill-Ministeru għas-Saħħa dalgħodu.

Kien spjegat li fiequ total ta’ 49 persuna oħra. Dan biex b’hekk bħalissa hawn total ta’ 1,649 każi attivi fil-pajjiż.

Il-każi kkonfermati fl-aħħar 24 siegħa għadhom qed jiġu investigati. Intant, mill-134 każ irrappurtati lbieraħ hemm: 20 persuna li huma qraba ta’ każi pożittivi, tmienja li huma kollegi, 12-il każ li kienu kuntatti diretti, 14-il każ minn avvenimenti soċjali u żewġ każi impurtati. Intant, hemm total ta’ 99 persuna li s-sors ta’ minn fejn ħadu l-coronavirus għadu mhux identifikat.