154 lift installati fi proprjetà privata mill-Awtorità tad-Djar

Lift

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li l-Awtorità tad-Djar matul dawn l-aħħar ħames snin, approvat u ffinanzjat l-installar ta’ 154 lift jew stairlift fi proprjetà privata, b’nefqa ta’ €648,600.
Din l-informazzjoni ingħatat għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici li fiha staqsa kemm waħħlu lifts fi djar privati bl-għajnuna tal-Awtorità tad-Djar għall-persuni anzjani u bi bżonnijiet speċjali.