154 ilment dwar amministrazzjoni ħażina mill-Kunsilli Lokali

Il-Bord tal-Gvern Lokali rċieva 154 ilment f'sitt snin dwar amministrazzjoni ħażina mill-Kunsilli Lokali.
Dan qalu l-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonniċi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech.
Bħala medja tressqu ftit iktar minn 25 każ fis-sena, bl-ogħla ammont ta’ lmenti rreġistrati fl-2011 b’40 każ.
L-2013 u l-2015 raw l-inqas ammont ta’ lmenti mill-2010 'l quddiem – 19-il ilment kull sena.
F’86% tal-każi, l-ilmenti kienu milqugħa.