1,520 konvenju għal xiri ta’ oqbra fl-Addolorata

Ritratt: Miguela Xuereb

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li s’issa ġew iffirmati total ta’ 1,520 konvenju dwar xiri ta’ oqbra fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Karl Gouder, Fearne ħabbar li x-xogħol fuq l-ewwel fażi tal-estensjoni taċ-ċimiterju qiegħed fi stadju avvanzat u dalwaqt jibdew isiru l-ewwel kuntratti.

Fl-aħħar tal-2018, Fearne kien ħabbar li l-konsorzju magħżul għall-proġett ta’ estensjoni u bini ta’ aktar oqbra fiċ-ċimiterju tal-Addolorata, Campo-Santo, għandu pjanijiet li jlesti l-estensjoni tal-oqbra sa massimu ta’ 36 xahar

Fearne kien qal li permezz tal-estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata se jinbnew 2,800 qabar ġdid. Minn dawn l-2,800 issa hemm 1,520 applikant li għamlu konvenju għal xiri ta’ qabar fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.

Dr Fearne qal li filwaqt li l-konvenju għamluh, dawk interessati li jixtru qabar huwa validu sat-30 ta’ Novembru tas-sena 2020.