152 każi ġodda ta’ coronavirus; 103 ifiequ

face masks
Miguela Xuereb

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu fil-pajjiż total ta’ 152 persuni oħra pożittivi għall-coronavirus.

Fl-infografika maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa intqal li dawn instabu wara 2,960 swab test. Kien hemm total ta’ 103 persuni oħra li fiequ mill-virus. L-għadd ta’ persuni li mietu kawża tal-coronavirus f’Malta huwa ta’ 125. Il-każi attivi fil-pajjiż bħalissa huma ta’ 2,115.

Mill-116-il każ rappurtati lbierħ kien hemm:

  • 5 kollegi ta’ każi magħrufa
  • 23 qraba ta’ każi magħrufa
  • 4 kuntatti diretti oħrajn
  • 2 minn avvenimenti soċjali

82 każ mhux ikkonfermat minn fejn ġew.